A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
Ir-Raba Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 14 March 2010

Dan il-Hadd sa mill-antik kien meqjus bhala 'laetare' - il-Hadd tal-ferh ghax l-Ghid il-Kbir jinsab fil-qrib.  Infatti f'dan il-jum jista' jintuza l-kulur roza li juri sens ta' ferh f'kuntrast mal-vjola li jfisser il-penitenza u c-cahda.  Il-qari f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Goz. 5, 9-12; II Qari - 2Kor. 5, 17-21; Evangelju - Lq. 15, 1-3.11-32.  Illum il-qari jipprezentalna l-parrabbola sabiha tal-iben il-hali li biha Gesu ried jurina l-hniena bla tarf tal-Misser quddiem il-waqghat li kontinwament naqghu fihom.  Meta jsib lill-ibnu, il-Missier jaghmel festa u joqtol l-ghogol l-imsemmen.  Din il-parabbola taghmlilna kuragg kull meta nkunu se naqtghu qalbna minhabba dnubietna.  Ghamilt x'ghamilt, int min int, il-Missier qieghed dejjem jistenniek.  Meta se tiddeciedi biex tqum u tmur ghand Missierek?

Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
 
Hjut tad-Deheb
Written by Mary Xerri   
Saturday, 13 March 2010

 

 

Minghajr is-sbuhija ta' gewwa, l-ebda sbuhija tal-gisem ma taghmel mill-guvni u mix-xebba zghazagh sbieh.

 Gwanni Pawlu II

Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
 
Abbatini Godda
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 10 March 2010

 

Dawk kollha li jixtiequ li uliedhom jinghaqdu mal-Grupp ta' l-abbatini, navzawkom li ser jibdew laqghat bi preparazzjoni minn nhar is-Sibt 13 ta' Marzu fl-3.45pm fic-Centru Parrokkjali.

Dawk interessati mitluba jkellmu lill-Arcipriet jew lis-Seminarista Mario Curmi.

J'Alla hafna tfal jithajjru li jissiehbu fil grupp ta' l-abbatini fejn jistghu jitghallmu mhux biss is-servizz ta'  l-artal imma jiehdu wkoll formazzjoni spiritwali li tghinhom ghall-hajja futura taghhom.

 
Switch Board gdid fil-Knisja
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 10 March 2010

 

 

Peress li zdiedu hafna frieghi ghad distribuzzjoni tad-dawl, is-Switch Board prezenti m'ghadux ilahhaq ghad-domanda u ma jiflahx ghall-komsum tad-dawl.  Fil-Festa, meta l-knisja tkun mixghula minn barra u minn gewwa, kien jinholoq riskju li jintefa kollox. Ghalhekk inhasset il-htiega li jigi nstallat Switch Board gdid u modern biex ikun jista jlahhaq ghad-domanda tad-dawl kollu tal-knisja.  Ix-xoghol qed isir minn Guzepp Hili u l-haddiema tieghu.

Last Updated ( Wednesday, 10 March 2010 )
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 10 March 2010

Gesu' jaqa' taht il-piz tas-salib

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Izaija:

Araw! Il-qaddej tieghi jsib ir-risq, jintrefa', joghla u jkun 'il fuq minn kulhadd.  Bhalma hafna ndiehxu minnu - ghax wiccu thassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tieghu ma kontx tqisha ta' bniedem - hekk ghad jistaghagbu hafna gnus minhabba fih.  Quddiemu s-slaten jaghlqu halqhom, ghax ghad jaraw grajja li qatt ma ssemmiet, u jifhmu dak li qatt ma semghu bih. (Iz 52:13-15)

Hsieb:

Kemm hi kbira mhabbtek ghalina, Missier!  Ghall-imhabba taghna int insigt storja li fi kliem il-profeta Isaija qatt ma ssemmiet qabel: ma stmerrejtx li Ibnek jinzel f'guf ta' vergni, jitwieled mal-foqra, jinzel fil-hama tal-gordan u jitghammed mal-midinbin, u issa jaccetta s-salib u jaqa' taht it-toqol tieghu.  Ta' bnedmin dghajfa li ahna dan kollu ma nifhmuhx u quddiem il-waqgha ta' l-iben ta' Alla taht id-dnubiet taghna l-unika haga li nistghu naghmlu hi li nisktu, nidhlu fina nfusna u nhabbtu fuq sidirna b'indiema.

Talba:

Mulej Gesu', int waqajt taht it-toqol ta'dnubietna, imma rgajt qomt u komplejt miexi ghall-imhabba taghna u hekk urejtna l-qawwa ta'Alla fl-aqwa taghha sewwasew fejn hemm id-dghajjef.  Bhalma int wettaqt ir-rieda ta' Missierek fil-misteru tas-salib u hekk tghollejt minnu 'l fuq minn kulhadd, ghinna nharsu lejn is-salib taghna bhala ghajn ta'fidwa, u ma niddisprawx taht il-piz tieghu imma naccettawh u nghannquh biex bih inkomplu naghmlu r-rieda tieghek fuq l-art ahna u mexjin ghal ghandek halli nitghaxxqu bik ghal dejjem.

Nadurawk O Gesu' u mberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna

(Mehuda minn Din hi s-Siegha! Kitba tas-Seminaristi tad-Djocesi ta' Ghawdex)

Last Updated ( Friday, 12 March 2010 )
 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 08 March 2010

Learn to let God run your life.  You'll like the results better than your won self-management.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 Next > End >>

Results 1 - 26 of 108
© 2010 www.xewkijaparish.org