IS-SITT HADD MATUL IS-SENA (2019) HEMM GHAZLA QUDDIEM KULL BNIEDEM |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 16 February 2019 |
Din
hija il- Liturgija tas-Sitt Hadd matul is-sena (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Għal darb’oħra l-Knisja
f’pajjiżna reġgħet kienet fl-aħbarijiet, u mill-ġdid, l-aħbarijiet ma kinux
sbieħ. Kull meta jsir sondaġġ dwar
l-attendenza fil-quddies tal-Ħadd, ħlief statistiki koroh ma joħorġux. Issa drajniha l-istorja. In-numru tal-Maltin li qed jonqsu milli
jwettqu l-iktar ħwejjeġ bażiċi tal-Fidi qiegħed dejjem jiżdied b’1% kull sena. Kulħadd jaf li l-Knisja għaddejja minn
taqliba manja. Bħal ħuta li bidlulha l-ilma,
il-Knisja llum tinsab f’ambjent “barrani” u ostili għaliha f’Malta. L-Insara huma f’minoranza u kemm se ddum
tinżabar il-Knisja ħadd ma jaf.
Is-sitwazzjoni hi waħda
ta’ kontradizzjoni li tħawdek. Għal
ħafna, il-Knisja qegħda hemm għall-festi, għall-folklor, għall-kultura,
għall-identita nazzjonali. Ftit joħolmu
li wara ġimgħa xogħol iqumu filgħodu l-Ħadd biex imorru għall-Ewkaristija. Imma missilhom il-kurċifiss fil-klassijiet
tat-tfal, jew fl-uffiċini, u jqum pandemonju. Missilhom l-istatwa tal-qaddis u
jiġġennu. Miskin l-arċipriet li
jiddeċiedi li jħassar il-purċissjoni tad-Duluri minħabba l-maltemp għax jisma’
kliem ħażin u oxxen bħalma ġara f’waħda mill-parroċċi tagħna m’ilux (mhux
ix-Xewkija).
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 10 ta' Frar 2019 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 09 February 2019 |
|
|
L-10 TA’ FRAR IN-NAWFRAGJU TA’ SAN PAWL F’MALTA IT-TWELID TAL-KNISJA MALTIJA |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 09 February 2019 |
Din
hija il- Liturgija tan-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
|
Pajjiżna għandu ħafna dati
mportanti li jimmarkawna bħala nazzjon
bi Storja rikka u twila. Imma
għan-Nisrani l-iktar data mportanti hi l-10 ta’ Frar li tfakkru fil-miġja fostna
tal-akbar Appostlu-Evanġelista li kellha l-Knisja fiż-żmien primittiv tagħha u
li bil-kitbiet li ħallielna, l-Ispirtu s-Santu rfina u ċċara l-Fidi Nisranija
fil-Misteru tal-Għid ta’ Kristu. Fuq
l-art Maltija rifes l-akbar Appostlu tal-Knisja; l-għoljiet, il-widien,
il-baħar innifsu, l-arja Maltija, semgħu mill-oriġini l-Bxara li d-dinja kien
ilha tistenna sa mill-ħolqien. Kemm hi
dejjem misterjuża l-għażla ta’ Alla!
Oħrajn kellhom jistennew snin, sekli, il-miġja fosthom ta’ Knisja li
ddawlilhom id-dlam tagħhom. Imma Malta
le. “Jinħtieġ iżda li naħbtu ma’ gżira.”
qal Pawlu lil sħabu. Dan qalu għax
qalulu l-anġlu tal-Mulej. Kien hemm
ħtieġa li l-art ta’ Malta tiftaħ dirgħajja biex tilqa l-ġifen li kien se
jwasslilha t-Teżor veru. L-10 ta’ Frar hi
d-data simbolika (għax hemm dibattitu fuq id-data) ta’ ġrajja fundamentali
fit-tiswir tal-Malti u tal-Għawdxi; twieldet il-Knisja ta’ Kristu f’Malta,
waħda mill-ftit Knejjes Apostoliċi li fadal, imwaqqfa mill-Appostli nfushom.
X’semgħet jidwi fi ħdanha Malta
fis-sena 60 W.K., inqas minn tletin sena wara l-Mewt u l-Qawmien tal-Iben ta’
Alla? San Pawl innnifsu jwieġeb, għax hu
jirrepeti li kull fejn mar hu mar imriegħed, imneżża minn kliem il-għerf, u
jħabbar ħaġa waħda: lil Kristu u lil dan Imsallab. Hu ġie jħabbar l-Aħbar it-Tajba, l-ewwel u
qabel kollox. Hija x-xandira tal-Imħabba
tal-Missier lejn kull individwu meta bagħat lil Ibnu biex ikun l-offerta ta’
tpattija għad-dnub kollu tad-dinja, xandira li għandha s-saħħa tbiddel il-qlub
u timla bil-ferħ lill-bniedem. Il-Liġi,
bil-kmandamenti b’kollox, dan m’għandhiex saħħa tagħmlu, iktar u iktar
mal-ġenerazzjonijiet tal-lum. Pawlu kien
ixandar il-Morali wkoll, il-bżonn enormi li n-Nisrani jgħix tip ta’ Ħajja li
l-pagan jistagħġeb biha, imma dan wara li jkun ħabbar l-Euangelion, il-Kerigma,
l-Aħbar it-Tajba għal kull midneb.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 03 ta' Frar 2019 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 03 February 2019 |
|
|
IR-RABA’ HADD MATUL IS-SENA (2019) KULL “NISRANI” HUWA PROFETA |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 03 February 2019 |
Din
hija il- Liturgija tar-Raba' Hadd matul is-sena (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Kristu kien Profeta għax
kellu l-milja tal-Ispirtu s-Santu li jimla lill-bniedem bid-dixxerniment,
bl-għarfien, u hekk kien jilmaħ dak kollu li kien hemm f’qalb kull min jersaq
lejH. Kien Profeta fuq kull profeta
ieħor għax huwa Hu l-Kelma li l-profeti kienu jħabbru, il-Kelma ta’ Alla li
ħalqet kollox u li libset laħam biex tiġi tgħammar fost il-bnedmin.
Kristu kien Sultan għax
kien Bin il-Għoli, il-Waħdieni mnissel minnu, u hekk jikkmanda l-Istorja, Sid
l-Istorja. Huwa Hu li jagħmel il-Ħaqq
bejn dawk li jemmnu fl-Għotja totali tiegħu għal kull bniedem, u dawk li ma
jemmnux. Hija biss din il-Fidi
fis-Setgħa tiegħu li tnissel fil-bniedem natura ġdida li taf tħobb u tgħin u
tinagħta għall-“ieħor”.
|
Read more...
|
|
|