Monday, 26 June 2017
           
Home
L-Arcipriet il-gdid izur l-iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 05 October 2015

    Nhar il-Ġimgħa 2 ta' Ottubru 2015 l-arċipriet il-ġdid, Mons. Daniel Xerri, kien mistieden iżur l-iskola Primarja tax-Xewkija. Huwa ċċelebra l-Quddiesa flimkien mat-tfal u l-għalliema. Qabel il-Quddiesa il-Head tal-Iskola, Ms. Franklene Galea, għan-nom tal-Iskola, tat merħba lill-arċipriet u awguratlu ħidma fejjieda fil-parroċċa tagħna. Imbagħad xi tfal ippreżentaw lill-arċipriet kartolina kbira ta' merħba magħmula minnhom stess u li fuqha kien hemm il-firem tat-tfal kollha tal-iskola. L-arċipriet bierek ukoll il-pets li t-tfal ġabu magħhom fl-okkażjoni tal-festa ta' San Franġisk. Għal din l-okkażjoni kienu mistiedna wkoll il-ġenituri tat-tfal.

 

 

Last Updated ( Monday, 05 October 2015 )
 
< Prev   Next >