Saturday, 16 December 2017
           
Home
L-Isqof George Bugeja jaghmel zjara fix-Xewkija PDF Print E-mail
Written by Matthew Attard   
Sunday, 18 October 2015

Ilum il-Ħadd 18 ta’ Ottubru, il-quddiesa tat-8:30 kienet immexxija mill-Isqof koadjatur ta’ Tripli Mons George Bugeja. Waqt din il-quddiesa l-Isqof ta’ messaġġ fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Missjoni. Huwa fakkar li kull Nisrani huwa msejjaħ biex ikun missjunarju u jwassal l-messaġġ Nisrani fl-ambjenti tiegħu ta’ kuljum. Huwa ħeġġeġ biex ilkoll kemm aħna insostnu lill-missjunarji mxerrda madwar id-dinja permezz tat-talb u l-karita’. Waqt il-quddiesa l-Isqof ta l-mandat lill-katekisti u wara ltaqa magħhom fis-sagristija. Il-ġabra  li saret waqt  din il-quddiesa ngħatat b’risq l-missjoni l-ġdida li ġiie msejjaħ biex jibda’ jagħti fil-belt ta’ Tripli.  

20151018_090626.jpg 20151018_091959.jpg


 

Last Updated ( Sunday, 18 October 2015 )
 
< Prev   Next >