Wednesday, 16 August 2017
           
Home
Jum memorabli ghal-Parrocca tax-Xewkija PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Tuesday, 10 November 2015

Il-parrocca tax-Xewkija, l-ewwel parrocca tal-gzira Ghawdxija mwaqqfa ‘l barra mill-matrici nhar is-27 ta’ Novembru, 1678, laqghet fostha nhar it-8 ta’ Novembru li ghadda l-hmistax-il raghaj spiritwali taghha.

Monsinjur Daniel Xerri, is-sitt arcipriet tal-parrocca tax-Xewkija, inghata merhba akkoljenti immens mill-poplu li gie fdat f’idejh, fejn gie milqugh fi Triq il-Mithna mal-wasla tieghu fix-Xewkija wara li telaq mill-pjazza tax-Xaghra. Dan wara li l-Monsinjur Xerri ghamel zjara fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina fejn bies il-Fonti li fih ircieva l-Maghmudija, talab fis-skiet quddiem Gesu` Ewkaristija u offra bukkett fjuri lill-Bambina.

 dsc_7393-1000.jpg
 L-Arcipriet Dun Daniel Xerri flimkien
ma'
l-Isqof Mario Grech jitolbu quddiem
is-Sagrament

 

Appena l-wasla tieghu fix-Xewkija, beda korteo minn tarf Triq l-Indipendenza lejn il-Knisja Rotunda akkumpanjat mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u mill-Banda Victory tax-Xaghra. Wiehed seta’ jinnota kemm il-poplu tax-Xewkija kkonkorra bi hgaru, fejn ippredominat l-attendenza zaghzugha. Ta’ min jghid illi din l-okkazjoni kienet ghal hafna l-ewwel wahda tan-natura taghha, u dan minhabba l-fatt li l-predecessur tal-Monsjur Xerri, il-Monsinjur Carmelo Mercieca, kellu t-tmun f’idejh ghal xejn inqas minn tlieta u erbghin sena. Tajjeb li wiehed izid ukoll illi l-pussess moghti nhar it-8 ta’ Novembru kien l-ewwel pussess illi nghata lil raghaj spiritwali fir-Rotunda kif nafuha llum, u dan peress illi ghalkemm il-bini tal-knisja l-gdida kien diga` nbeda, din kienet ghadha mhix kompluta fl-okkazjoni tal-pussess tal-Arcipriet Mercieca.

Gest sabih hafna kien dak maghmul mill-Ghaqda Armar Xewkija, fejn sewwa sew quddiem dik li ser isservi bhala d-dar Arcipretali fl-istess Triq Indipendenza, il-membri tal-imsemmija ghaqda ghaddew lill-Monsinjur Xerri bandiera bis-simboli tal-Battista, u cioe` il-harufa u s-salib bil-kliem Ecce Agnus Dei. Din giet imtella’ mill-Arcipriet il-gdid, permezz ta’ habel, fuq il-bejt tad-dar tal-Arcipriet fost id-daqq tal-Innu Marcja ddedikat lill-Battista u fost ic-capcip tal-poplu.

Ghall-habta tat-3.30pm, l-Eccellenza Tieghu Monsinjur Isqof Mario Grech laqa’ lill-Arcipriet il-gdid fuq iz-zuntier tal-knisa, fejn tah ibus il-Kurcifiss u libbsu l-istola, bhala simbolu tar-responsabilita` pastorali li giet afdata lilu. Dan gie segwit minn diskors qasir ta’ merhba mis-Sur Ivan Farrugia, bhala rapprezentant tal-komunita` parrokkjali, u diskors iehor mir-rapprezentant civili, is-Sur Paul Azzopardi, sindku tar-rahal.

Kien imiss imbaghad li l-Isqof u l-Arcipriet il-gdid jifthu flimkien il-bieb tal-Knisja u jidhlu fil-maqdes akkumpanjati mill-gemgha tant numeruza. Malli dahal fil-knisja, l-Arcipriet il-gdid waqaf ghal ftit mumenti jitlob fis-skiet quddiem Gesu` Ewkaristija, fejn fil-qalb ta’ Kristu huwa pogga l-missjoni gdida tieghu. Flimkien mal-Isqof u s-sacerdoti l-ohra prezenti huwa dahal fis-Sagristija sabiex jithejjew ghac-celebrazzjoni tal-Ewkaristija. Sakemm inghata bidu ghac-celebrazzjoni solenni l-poplu prezenti gie moqri silta mid-diskorsi ta’ Santu Wistin dwar ir-rghajja.

Inghata bidu ghall-quddiesa li kienet animata mill-Kor tar-rahal tax-Xewkija, il-Kor Vox Clamantis u mill-Orkestra taht id-direzzjoni tas-Surmast Jean Noel Attard. Wara illi nghatat it-tislima tal-bidu, il-Kancillier tal-Kurja qara d-digriet tal-hatra ta’ Dun Daniel Xerri bhala arcipriet tal-parrocca tax-Xewkija. In segwitu ta’ dan, l-Arcipriet il-gdid nizel gharkubbtejh quddiem l-artal u, waqt li pogga jdejh il-leminija fuq l-Iskrittura Mqaddsa, ghamel il-gurament ta’ fedelta` lejn il-missjoni l-gdida li giet afdata lilu. Wara dan, l-Arcipriet ghamel l-istqarrija tal-Fidi quddiem l-Isqof u l-gemgha migbura. Imbaghad, flimkien ma’ zewg persuni ohra bhala xhieda, gew iffirmati d-dokumenti.

Bhala att simboliku, l-Arcipriet gie mghoddi mill-Isqof l-imfietah tal-Knisja Parrokkjali; turija tal-ghotja tal-ministeru l-gdid fdat lilu. L-Isqof imbaghad akkumpanja lill-Arcipriet sa hdejn il-fonti tal-maghmudija u ncensah. Ha l-ilma mill-fonti u raxx l-ilma tal-maghmudija fuq dawk prezenti. Kif gie spjegat, da is-sinjal rieg ifakkar lill-gemgha fil-Maghmudija ta’ kull wiehed u wahda prezenti, li permezz taghha twettaq twelid gdid.

Kien imiss imbaghad il-Liturgija tal-Kelma, bl-ewwel qari jipprezenta lil Salamun jitlob lil Alla jaghtih l-gherf biex ikun jista’ jmexxi l-poplu li gie afdat lilu, u bit-tieni qari jipprezenta lil San Pietru jheggeg lir-rghajja biex jirghu lill-merhla ta’ Alla mhux bil-fors izda bil-qalb u billi jaghtu hajjithom ghall-istess merhla. Is-silta tal-Evangelju xandret lil Gesu` jafda l-merhla tieghu f’idejn San Pietru, imma l-ewwel jitolbu jaghmel stqarrija tal-imhabba tieghu. Il-qari tal-Evangelju kien segwit minn Omelija mirquma minn Monsinjur Isqof, li fiha gew emfasizzati d-doni, il-hiliet u l-isforzi li jehtieg li jippossedi u li jezercita raghaj spiritwali.

L-Arcipriet il-gdid, imbaghad, resaq gharkubbtejh quddiem l-Isqof u gedded il-weghdiet tal-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu quddiem il-merhla li giet afdata lilu. Minn hemm, l-Isqof akkumpanja lill-Arcipriet fil-postijiet l-iktar important fil-knisja, u li huma relatati mal-ministeru pastorali tieghu. L-ewwel minn dawn il-postijiet kien it-Tabernaklu, fejn l-Arcipriet fetah it-tabernaklu u ncensa s-Sagrament, nizel gharkubbtejh u ghal ftit mumenti adura lil Gesu` fis-skiet. L-isqof imbaghad ha lill-Arcipriet fuq is-Sedja; il-post li minnu jippresiedi u jmexxi lill-gemgha migbura ghat-talb. Dritt wara s-Sedja, l-Arcipriet il-gdid kien akkumpanjat lejn il-Konfessjonarju, fejn jigi ccelebrat is-Sagrament tal-Mahfra. Minn hemmhekk l-Arcipriet il-gdid flimkien mal-Isqof imxew lejn il-habel tal-qanpiena fejn daqq il-qanpiena l-kbira tal-knisja; simbolu tad-dmir tieghu li jsejjah u jibgor il-komunita` ghat-talb.

L-Offertorju kien gest sabih li fih tellghu l-offerti taghhom persuni mill-istati kollha fi hdan il-komunita` tar-rahal; turija ta’ kemm il-komunita` spiritwali tigbor fi hdanha l-persuni mis-saffi socjali kollha. Wara l-mument ghaziz tat-tqarbin, l-Arcipriet il-gdid ghamel il-kelmtejn tieghu tal-okkazjoni, fejn ma naqasx illi jesprimi l-gratitudni tieghu. Wara dan, l-Arcipriet pogga bukkett ward quddiem ix-xbieha ta’ San Gwann Battista, patrun tal-parrocca fdata lilu. Gew maghmula lilu imbaghad prezentazzjoni ta’ tifkira mill-Arcipriet tal-Parrocca ta’ Marija Bambina fix-Xaghra, Monsinjur Carmelo Refalo, mis-Sindku tar-rahal tax-Xewkija f’isem il-komunita` kollha, mir-rapprezentanti tal-Ghaqda Hbieb tas-Seminarju, u anke mir-rapprezentanti tal-Fondazzjoni Santa Cecilja.

Monsinjur Xerri, ahna nawgurawlek ghadd ta’ snin ta’ hidma fejjieda.[ Informazzjoni :Marsette Xerri- Ritratt: Frans Galea]

 
< Prev   Next >