Sunday, 25 June 2017
           
Home
Stedina Spe jali PDF Print E-mail
Written by Matthew Attard   
Tuesday, 12 January 2016
Biex ngħixu aħjar is-Sena tal-Ħniena li qegħdin fiha, il-parroċċa tagħna ser tofri katekeżi għal kulħadd, darba fix-xahar, fil-knisja. Din ser tkun kull tielet ġimgħa tax-xagħar mis-7:00p.m. sat-8:00p.m. Fid-dawl tal-Kelma ta' Alla ser nippruvaw nifhmu aħjar x'inhu l-Ġublew, xi jfisser il-Bieb Imqaddes tal-Ħniena, x'tifsira għandu l-pellegrinaġġ, x'inhuma l-indulġenzi, eċċ. Nirriflettu wkoll fuq il-parabboli tal-Ħniena li jagħtina Ġesu' fil-Vanġelu u fuq dawk li nsejħulhom l-Opri tal-Ħniena, li matul din is-Sena aħna msejħin nipprattikawhom b'mod partikolari. Nistednukom għall-ewwel Katekeżi: nhar il-Ġimgħa li ġejja 15 ta' Jannar, mis-7:00p.m. sat-8:00p.m. Fl-ewwel parti ssir il-Katekeżi mill-Arċipriet u fit-tieni parti jkollna ftit mumenti ta' adorazzjoni quddiem Ġesu' Ewkaristija u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Inħeġġu b'mod speċjali lill-koppji u lill-familji sabiex jattendu, kif ukoll lill-membri kollha tal-għaqdiet.
 sena_tal-hniena.jpg
 
Last Updated ( Wednesday, 13 January 2016 )
 
< Prev   Next >