Wednesday, 16 August 2017
           
Home
Celebrazzjoni tat-tberik tax-xema' tal-Gandlora PDF Print E-mail
Written by Matthew Attard   
Monday, 01 February 2016

Illejla fil-parroċċa tagħna saret iċ-ċelebrazzjoni tat-tberik tax-xema’ tal-Gandlora. Peress li t-temp ma ppermettiex li din iċ-ċelebrazzjoni ssir fuq barra, il-funzjoni kellha ssir fuq wara tal-knisja.Kull min kien preżenti ingħata xemgħa u l-Arċipriet bierek dawn ix-xengħat, filwaqt li l-abbatini, il-kleru u l-poplu daru mal-knisja bix-xemgħa tixgħel f’idejhom fost kant reliġjuż u qari tas-salm. Fil-prietka, l-Arċipriet fehemna  l-valur ta din iċ-ċelebrazzjoni speċjalment il-mixja qasira li għamilna, mixja li għamluha wkoll San  Ġużepp u l-Madonna bit-tarbija Ġesu’ lejn it-tempju biex jippreżentawh.

 gandlora4.jpg
 gandlora3.jpg
 gandlora2.jpg

 

Last Updated ( Friday, 05 February 2016 )
 
< Prev   Next >