Monday, 26 June 2017
           
Home
Teatru Govanni - Applikazzjonijiet ghal Auditions PDF Print E-mail
Written by Claudio Vella   
Sunday, 03 April 2016

 “Rajtek Tinbidel” hu dramm muzikali li se jikkomemora l-grajjiet principali li sehhew fir-rahal tax-Xewkija dan l-ahhar nofs seklu; mit-tqeghid tas-salib fuq il-lanterna l-kbira fil-31 ta' Mejju 1970, mument li ghalaq il-fazi tal-bini tar-Rotunda, sal-inawgurazzjoni tal-orgni l-gdid li se jsehh aktar tard din is-sena.

Ghandna bzonn numru mdaqqas ta’ kantanti ta’ kull età ghal dan id-dramm muzikali li se jittella’ fil-knisja Rotunda tax-Xewkija f’Mejju 2017 fl-okkazjoni tal-hamsa u sittin sena mit-tqeghid tal-ewwel gebla ta’ dan l-istess tempju, l-ghoxrin sena mit-twaqqif tar-radju tal-komunità “Radju Prekursur” u l-ghaxar snin mill-produzzjoni tal-musical storiku “Grajjietna”.

Wiehed jista jnizzel l-applikazzjoni min hawn - http://www.xewkija.net/mb/images/stories//auditionsform.pdf 

 
< Prev   Next >