Tuesday, 24 April 2018
           
Home
Assemblea Parrokkjali PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Wednesday, 19 October 2016

     Nhar il-Hadd 16 ta' Ottubru 2016 il-parrocca tax-Xewkija organizzat Assemblea Parrokkjali f'Dar Manresa, ir-Rabat, li ghaliha attendew numru sabih ta' parruccani. L-iskop ta' din l-Assemblea kien li nieqfu u nirriflettu dwar l-identita' u l-missjoni taghna bhala parrocca fiz-zminijiet li qed nghixu fihom illum. L-arcipriet Mons. Daniel Xerri tkellem mill-komunita' bhala "poplu ta' Alla", "Gharusa ta' Kristu" u "Gisem Mistiku ta' Kristu". Imbaghad tkellem mit-tliet pilastri li fuqhom tinbena l-hajja tal-komunita', jigifieri l-Katekezi, il-Liturgija u d-Djakonija. Fid-dawl ta' dawn ir-riflessjonijiet dawk prezenti kienu mistiedna jaghtu s-suggerimenti taghhom dwar dawk li jhossu li huma l-bzonnijiet tal-parrocca llum. Huwa mahsub li frott ta' din l-Assemblea jibda jinhadem Pjan Pastorali Parrokkjali ghas-snin li gejjin. Lejn tmiem l-Assemblea kien ukoll prezenti l-Isqof Mario Grech li ghamel messagg tal-okkazjoni. Huwa wera l-apprezzament tieghu ghal din l-inizjattiva u nkuraggixxa lill-komunita' biex tkompli taqdi l-missjoni taghha ta' evangelizzazzjoni fit-terittitorju li fih tghix.
ass_1.jpeg
 ass2.jpeg
 
Last Updated ( Wednesday, 19 October 2016 )
 
< Prev   Next >