Tuesday, 22 August 2017
           
Home
l-Assemblea tal-Azzjoni Kattolika fir-Rotunda tax-Xewkija PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 22 October 2016

    Nhar is-Sibt 15 t'Ottubru saret l-Assemblea tal-Azzjoni Kattolika fir-Rotunda.  Din hija ċelebrazzjoni li fiha, il-membri kollha tal-Azzjoni Kattolika f'Għawdex, quddiem l-Isqof, iġeddu l-impenn tagħhom ta' ħidma fi ħdan din l-għaqda.  Din iċ-ċelebrazzjoni bdiet fil-5.30pm permezz tat-talb u ta' diskors mill-President Djoċesan Antoine Vassallo.  Wara mbagħad ġew preżentati 3 figuri li b'ħajjithom kienu konferma tal-motto tal-Azzjoni Kattolika għal din is-sena: "Inxandru l-ħniena permezz tal-verità" - Ġwanni l-Battista, Gianna Berretta Molla u Roża Magro, mix-Xewkija stess.  Imbagħad taw l-esperjenza tagħhom il-koppja John u Anna Cassar li jattendu l-laqgħa tal-koppji tal-Azzjoni Kattolika.  Fis-6.30pm imbagħad bdiet Quddiesa mmexxija minn Mons Isqof Mario Grech li fiha l-membri ġeddew l-impenn tagħhom fi ħdan din l-għaqda.

dsc_0378-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >