Tuesday, 22 August 2017
           
Home
Dun Trevor Sultana mahtur Arcipriet tal-Parrocca tal-Vizitazzjoni, l-Gharb PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 04 November 2016

Nhar il-Ġimgħa 4 ta' Novembru, waqt li d-djoċesi ta' Għawdex kienet qed tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tas-Seminarju tagħha, l-Isqof Mario Grech ħatar lil Dun Trevor Sultana, iben il-parroċċa tagħna, bħala Arċipriet tal-parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb.


Dun Trevor twieled nhar it-23 ta' Jannar 1986.  Wara li ħa l-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju ta' Għawdex huwa ġie ordnat saċerdot nhar it-28 ta' Mejju 2011.  L-ewwel erba' snin tal-ministeru tiegħu Dun Trevor wettaqhom fil-parroċċa ta' Santa Maria Addolorata, ġewwa Ruma.  Sadanittant huwa attenda wkoll l-Universita' tal-Lateran minn fejn kiseb Liċenzja fil-Liġi Kanonika.  Lura fid-Djoċesi t'Għawdex, Dun Trevor ġie assenjat bħala kollaboratur parrokkjali fil-parroċċa ta' Santa Margerita ta' Sannat.  Barra minn hekk huwa serva wkoll bħala direttur spiritwali fl-iskola sekondarja tal-Konservatorju, bħala ministru tat-Tribunal Ekkleżjastiku u anke bħala għajnuna lill-Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika.


Minn qalbna nawguraw lil Dun Trevor ħidma fejjieda fil-ministru ġdid tiegħu waqt li nwegħduh it-talb tagħna.

 dun_trevor_sultana.jpg

 

Last Updated ( Saturday, 05 November 2016 )
 
< Prev   Next >