Friday, 20 October 2017
           
Home
IL-PARROCCA TAX-XEWKIJA TICCELEBRA L-GUBLEW TAL-HNIENA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 14 November 2016

Fl-okkazjoni tas-Sena tal-Hniena, nhar il-Gimgha 11 ta' Novembru 2016 iccelebrajna l-Gublew tal-parrocca fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu, li hu wiehed mit-tliet knejjes Gubilari fid-djocesi ta' Ghawdex. Bdejna b'pellegrinagg ta' talb minn hdejn il-monument tal-pellegrin u mxejn lejn is-Santwarju. Imbaghad ghaddejna mill-Bieb Qaddis tal-Hniena u tajna qima lill-Wicc ta' Kristu, ghamilna l-istqarrija tal-fidi u tlabna skont il-fehma tal-Papa. Dawk li hadu sehem setghu ukoll jersqu ghas-sagrament tal-Qrar u mbaghad iccelebrajna l-Ewkaristija. Fi tmiem il-Quddiesa dhalna fil-Kappella tal-Madonna fejn tlabna ghall-parrocca taghna u afdajna f'idejn Marija il-mixja tal-komunita' parrokkjali. Ghadd sabih ta' parruccani hadu sehem f'din l-esperjenza ta' fidi u setghu jirbhu l-Indulgenza marbuta mal-Gublew. Is-Sena tal-Hniena ser taghlaq nhar il-Hadd 26 ta' Novembru, solennita' ta' Kristu Sultan. [ghal-izjed ritratti ara l-Facebook page tax-Xewkija parish ]

dsc_1005-1024.jpeg
 dsc_1069-1024.jpeg

 

Last Updated ( Monday, 14 November 2016 )
 
< Prev   Next >