Tuesday, 22 August 2017
           
Home
CELEBRAZZJONI DJOCESANA TA' KRISTU RE FIX-XEWKIJA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 21 November 2016
Nhar il-Hadd 20 ta' Novembru 2016 saret cebrazzjoni djocesana fl-okkazjoni tal-festa ta' Kristu Re u t-tmiem tas-Sena tal-Hniena. Minhabba t-temp incert, din ic-celebrazzjoni li kellha ssir quddiem il-Kunvent tal-Patrijiet Kapuccini fil-belt Victoria, saret fil-knisja Rotunda tax-Xewkija, u ghaliha attendew mijiet ta' fidili mill-parrocci kollha ta' Ghawdex. Ic-celebrazzjoni tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. 

Fi tmiem ic-celebrazzjoni, l-Isqof kellu c-cans jara l-Orgni l-gdid li qed jigi mmuntat fil-knisja Rotunda u jiltaqa' mal-haddiema tal-fabbrika Michael Farley Organbuilder, li bhalissa qeghdin jahdmu fuqu, kif ukoll mad-disenjatur tal-Orgni Noel Gallo. L-Isqof, flimkien ma' dawk prezenti, setghu jisimghu u jiggustaw l-ewwel melodiji tal-Orgni l-gdid li, ghalkemm ghadu mhuwiex komplut, diga' huma bizzejjed biex jindikaw il-valur u l-pregju ta' dan il-progett. [ Ritratti : Joseph Xuereb u Frans Galea ] ghal izjed ritratti ara l-Facebook page tax-Xewkija Parish.
dsc_1124-1024.jpeg
 dsc_1193-1024.jpeg
 dsc_1135-1024.jpeg
 dsc_1298-1024.jpeg
 
 
< Prev   Next >