Saturday, 18 November 2017
           
Home
JOSEPH HILI JINGHATA L-MINISTERU TAL-AKKOLITAT PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 28 November 2016

Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru filgħaxija fil-knisja Rotunda l-Isqof Mario Grech ta l-ministeru tal-Akkolitat lis-seminarista Joseph Hili, mill-parroċċa tax-Xagħra, u li qiegħed jagħmel esperjenza pastorali fil-parroċċa tagħna. Għal din il-Quddiesa kienet preżenti wkoll il-komunità tas-Seminarju flimkien ma’ rappreżentanza sabiħa mill-parroċċa tax-Xagħra. Permezz tal-Akkolitat Joseph issa sar ministru straordinarju tal-Ewkaristija. Dan hu l-aħħar pass qabel ma jiġi ordnat Djaknu. Fi tmiem il-Quddiesa l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri ppreżenta lill-Isqof tliet boroż ta’ studju li nġabru mill-parroċċa tax-Xewkija bħala rigal lis-Seminarju fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tiegħu. [ ghal izjed ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija parish ]

dsc_1448-1024.jpeg
 dsc_1566-1024.jpeg

 

Last Updated ( Monday, 28 November 2016 )
 
< Prev   Next >