Saturday, 18 November 2017
           
Home
TBERIK TAL-ORGNI L- GDID FIL-KNISJA ROTUNDA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 02 December 2016

      Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016 kien jaħbat l-avviversarju tat-twaqqif tal-parroċċa u Jum ix-Xewkija. Għall-Quddiesa tat-8.30am attendiet il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, li kienet qed tniedi l-kampanja Strina 2016 f’Għawdex. Il-Quddiesa tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ saċerdoti Xewkin. Fi tmiem il-Quddiesa l-Isqof bierek l-Orgni l-ġdid li beda jindaqq proprju dakinhar, li kien jaħbat ukoll l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Kienu preżenti wkoll l-Onor. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex, l-Onor. Justyne Caruana, Segretarju Paralmentari għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u anzjanità attiva, kif ukoll is-Sindku tax-Xewkija, is-Sur Paul Azzopardi, u l-Kunsilliera l-oħra tar-raħal. L-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Orgni ser issir aktar ’il quddiem u qiegħed jitħejja programm apposta għal din l-okkażjoni.

dsc_2095-1024.jpeg
 dsc_2098-1024.jpeg

 

Last Updated ( Friday, 02 December 2016 )
 
< Prev   Next >