Friday, 22 September 2017
           
Home
NOVENA TAL-MILIED 2016 PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 17 December 2016

   Nhar il-Ħamis 15 ta’ Diċembru bdiet in-Novena tal-Milied. Din is-sena wkoll fil-knisja Rotunda qed issir in-Novena bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri, immexxija mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Is-suġġett ta’ din is-sena huwa: “Niltaqgħu mal-persunaġġi tal-Presepju”. L-iskop huwa li naraw dawn x’għandhom x’jgħallmuna lilna li qegħdin ngħixu llum. Diversi tfal imlibbsin ta’ dawn il-persunaġġi qed jgħinu biex joħroġ aħjar il-messaġġ mixtieq. Fl-ewwel ġurnata tqassmet ukoll chart lit-tfal kollha u kuljum qed tingħatalhom sticker bil-persunaġġ tal-ġurnata ħalli bil-mod il-mod jiffurmaw presepju li jibqgħalhom tifkira ta’ dan il-Milied. In-Novena qed tkun kuljum fil-5.15pm u għadd sabiħ ta’ tfal u adulti qed jattendu kuljum.

 img_3856-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >