Purcissjoni u programm f'lejlet il-Milied fix-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Monday, 26 December 2016 |
Nhar
is-Sibt, 24 ta' Dicembru, lejlet il-Milied bhal kull sena saret
il-Purcissjoni tal-Bambin organizzata mis-Socjeta tal-Museum bis-sehem
tal-Banda Prekursur. Din is-sena il-purcissjoni ghaddiet minn Triq
Hamsin, ghal Triq Santa Katerina, Triq Santa Elizabetta, Triq Jean de la
Valette, Triq il-Mithna u Triq Indipendenza. It-temp sabih li kellna
din is-sena kompla jghin biex bosta tfal u studenti li jattendu l-Museum
taghna, flimkien mall-familji taghhom akkumpanjaw din il-purcissjoni.
Ta'
min isemmi li din is-sena, kien jahbat il-50 sena minn meta l-Banda
Prekursur bdiet takkumpanja l-purcissjoni tal-Bambin bid-daqq ta'
ghanjiet tal-Milied. Il-Banda Prekursur kienet l-ewwel banda Ghawdxija
li bdiet iddoqq waqt il-purcissjonijiet tradizzjonali tal-Bambin li
jsiru f'bosta rhula fi gziritna.
Wara
li intemmet il-purcissjoni, fil-Knisja Rotunda gie mtella' programm
qasir bis-sehem tal-oqsma tas-Subien u tal-Bniet, li ghalih kien hemm
attendenza sabiha hafna. It-tfal tal-Museum tal-Bniet wasslulna diversi
ghanjiet tal-Milied, filwaqt li Francesco Xuereb waslilna poezija
sabiha. Din is-sena t-tfal u l-istudenti li jattendu l-Museum
tas-Subien waslulna l-play bl-isem 'Il-Kewkba tal-Milied', kitba ta'
Paul Grech. Il-priedka tradizzjonali tat-tifel din is-sena saret minn
Simon Rapa. Il-programm fil-Knisja ntemm b'messagg mis-Superjur Toni
Grima u mill-Arcipriet tal-Parrocca taghna, Mons. Daniel Xerri.
|