Friday, 24 February 2017
           
Home
PUSSESS TA’ MONS. TREVOR SULTANA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Sunday, 15 January 2017

Nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar 2017 Mons. Trevor Sultana, iben il-parroċċa tagħna, ġie mogħti l-Pussess bħala arċipriet tal-parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb. Fl-4.15pm Mons. Trevor ġie mwassal mid-Dar Parrokkjali tal-Għarb sal-knisja Bażilika akkumpanjat mill-arċipriet ta’ qablu Mons. Joseph Sultana u mill-arċipriet tax-Xewkija Mons. Daniel Xerri, flimkien mal-familjari tiegħu u għadd sabiħ ta’ parruċċani. Fil-korteo ħadu sehem il-Banda Viżitazzjoni tal-Għarb u l-Banda Prekursur tax-Xewkija. Quddiem il-bieb tal-knisja huwa ġie milqugħ mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech li tah ibus il-Kurċifiss u libbsu l-istola bħala sinjal tal-investitura ġdida tiegħu. Fil-5.00pm ingħata bidu għall-Quddiesa solenni li fiha Mons. Isqof ta l-Pussess tal-parroċċa lil Mons. Trevor. Minn din il-paġna aħna nawguraw lil Mons. Trevor ħidma fejjieda f’din il-komunità li l-Mulej qed jafdalu. Ad multos annos!

dsc_3637-1024.jpeg
 dsc_3797-1024.jpeg
 dsc_3868-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >