Saturday, 27 May 2017
           
Home arrow News arrow Latest arrow SKOLA TA’ TALB
SKOLA TA’ TALB PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 30 January 2017

Nhar it-Tlieta li ġejja, 31 ta’ Jannar 2017, fil-parroċċa tagħna ser nibdew esperjenza ġdida: Skola ta’ Talb, kull nhar ta’ Tlieta, fis-7.00pm, fil-knisja Rotunda. Imexxi l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Skop ta’ din il-laqgħa huwa li nitgħallmu nitolbu aħjar. Fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla u fuq l-eżempju ta’ Ġesù nnifsu, ser nippruvaw nistaqsu: X’inhu t-talb? Għaliex għandi nitlob? Kif nitlob? Għaliex ħafna drabi nitlob u ma nħoss xejn? X’effett għandu t-talb fil-ħajja tiegħi u fil-ħajja tal-familja jew tal-komunità li ngħix fiha?... u tant mistoqsijiet oħra. Mal-appostli nixtiequ npoġġu lilna nfusna f’riġlejn il-Mulej u l-Imgħallem tagħna Ġesù, u ngħidulu: “Mulej, għallimna nitolbu!”. Esperjenza li tista’ tibdillek ħajtek! Titlifhiex! Ejja int ukoll u ġib oħrajn miegħek...

poster_a4_skola_ta_talb-1024.jpg

 

 
< Prev   Next >