Sunday, 25 June 2017
           
Home arrow News arrow Latest arrow PELLEGRINAGG TAR-REDENTUR
PELLEGRINAGG TAR-REDENTUR PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 01 April 2017

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Marzu sar Pellegrinaġġ ta’ talb bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-Randan, bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Pellegrinaġġ, li kien immexxi mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, beda minn ħdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena u mexa tul Triq San Bert lejn il-Knisja Rotunda. Matul it-triq ġiet immediata l-Via Sagra. Fi tmiem il-Pellegrinaġġ Mons. Isqof mexxa Konċelebrazzjoni solenni. Fl-omelija tiegħu huwa tkellem dwar il-ħniena li Alla wera magħna fil-passjoni u l-mewt ta’ Ibnu Ġesù. Għadd kbir ta’ nies ħadu sehem fil-Pellegrinaġġ u fil-Quddiesa.

dsc_5735-1024.jpeg
 dsc_5855-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >