Saturday, 24 June 2017
           
Home
L-EWWEL QRARA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Monday, 12 June 2017

Nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fil-parroċċa tagħna saret l-ewwel Qrara għat-tfal li ser jirċievu l-ewwel Tqarbina. Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri u għaliha kienu preżenti wkoll il-ġenituri tat-tfal u l-katekisti. Wara ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, it-tfal resqu lejn wieħed mill-erba’ saċerdoti preżenti biex jirċievu s-sagrament tal-maħfra u mbagħad poġġew xemgħa tixgħel f’riġlejn Ġesù Ewkaristija bħala radd il-ħajr. Imbagħad, waqt li l-Arċipriet għadda bl-Ewkaristija minn quddiemhom, it-tfal kellhom iċ-ċans li jagħmlu t-talba personali tagħhom lil Ġesù. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni saru refreshments għat-tfal u l-ġenituri fil-Mużew tal-Iskultura.

dsc_1432-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >