Written by Frans Galea
|
Monday, 12 June 2017 |
Nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fil-parroċċa tagħna saret l-ewwel Qrara għat-tfal
li ser jirċievu l-ewwel Tqarbina. Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet mill-Arċipriet
Mons. Daniel Xerri u għaliha kienu preżenti wkoll il-ġenituri tat-tfal u
l-katekisti. Wara ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, it-tfal resqu lejn wieħed
mill-erba’ saċerdoti preżenti biex jirċievu s-sagrament tal-maħfra u mbagħad
poġġew xemgħa tixgħel f’riġlejn Ġesù Ewkaristija bħala radd il-ħajr. Imbagħad,
waqt li l-Arċipriet għadda bl-Ewkaristija minn quddiemhom, it-tfal kellhom
iċ-ċans li jagħmlu t-talba personali tagħhom lil Ġesù. Fi tmiem
iċ-ċelebrazzjoni saru refreshments
għat-tfal u l-ġenituri fil-Mużew tal-Iskultura.
|