HRUG TAL-ISTATWA TA’ SAN GWANN MIN-NICCA |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Saturday, 17 June 2017 |
Nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju tajna bidu għall-Festa ta’ San Ġwann Battista
2017. Fil-5.15pm saret il-Quddiesa tal-aħħar Ħamis ta’ San Ġwann u l-ewwel jum
tan-Novena, li tmexxiet minn Dun Charles Sultana, Kappillan ta’ San Lawrenz.
Għaliha kienu preżenti għadd sabiħ ta’ tfal, li ngħataw l-aħħar sticker biex setgħu jikkompletaw
ir-ritratt kbir ta’ San Ġwann li ġew mogħtija matul il-Ħamisijiet. Imbagħad
fit-8.30pm saret Velja ta’ talb bis-sehem taż-żgħażagħ li fiha sar il-ħruġ
tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Il-Velja bdiet b’ċelebrazzjoni
tal-Kelma ta’ Alla u ntemmet bil-Barka Sagramentali. Fi tmiem il-Velja
rappreżentanti tad-diversi Kumitati f’rabta mal-Festa offrew bukkett fjuri lil
San Ġwann. Għall-ewwel darba din il-Velja kienet imxandra live stream.
|
Last Updated ( Saturday, 17 June 2017 )
|