Wednesday, 23 August 2017
           
Home
HRUG TAL-ISTATWA TA’ SAN GWANN MIN-NICCA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju tajna bidu għall-Festa ta’ San Ġwann Battista 2017. Fil-5.15pm saret il-Quddiesa tal-aħħar Ħamis ta’ San Ġwann u l-ewwel jum tan-Novena, li tmexxiet minn Dun Charles Sultana, Kappillan ta’ San Lawrenz. Għaliha kienu preżenti għadd sabiħ ta’ tfal, li ngħataw l-aħħar sticker biex setgħu jikkompletaw ir-ritratt kbir ta’ San Ġwann li ġew mogħtija matul il-Ħamisijiet. Imbagħad fit-8.30pm saret Velja ta’ talb bis-sehem taż-żgħażagħ li fiha sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Il-Velja bdiet b’ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla u ntemmet bil-Barka Sagramentali. Fi tmiem il-Velja rappreżentanti tad-diversi Kumitati f’rabta mal-Festa offrew bukkett fjuri lil San Ġwann. Għall-ewwel darba din il-Velja kienet imxandra live stream.

dsc_1716-1024.jpeg

 

Last Updated ( Thursday, 29 June 2017 )
 
< Prev   Next >