Monday, 11 December 2017
           
Home
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ġunju 2017 kien jaħbat l-ewwel jum tat-Tridu bi tħejjija għall-Festa ta’ San Ġwann Battista. Fis-7.30pm saret Konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet minn Mons. Tarcisio Camilleri, Vigarju Ġenerali. Ipprietka Dun Ġwann Sultana. F’din il-Quddiesa sar talb speċjali għall-Għaqdiet tal-parroċċa. Ħadet sehem l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Colin Attard flimkien mal-Kor tal-parroċċa. Wara l-Quddiesa ngħatat qima lir-Relikwija ta’ San Ġwann permezz tal-Kurunella u l-kant tal-Antifona, u mbagħad ingħatat il-Barka Sagramentali.

dsc_3539-1024.jpeg

 
< Prev   Next >