Monday, 11 December 2017
           
Home
SOLENNITÀ TAT-TWELID TAL-BATTISTA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Nhar is-Sibt 24 ta’ Ġunju 2017 kienet taħbat is-solennità liturġika tat-twelid ta’ San Ġwann Battista. Filgħodu fid-9.00am saret Quddiesa ta’ radd il-ħajr bil-kant tat-Te Deum li tmexxiet minn Mons. Carmelo Mercieca, ex-arċipriet tal-parroċċa. Filgħaxja fis-7.30pm saret it-Translazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Ġwann Battista u mbagħad Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons. Trevor Sultana, arċipriet tal-parroċċa tal-Għarb. Ipprietka il-Kan. Joseph Zammit. F’din l-okkażjoni ħadu sehem l-emigranti Xewkin li kienu jinsabu fostna għall-Festa. Wara, ingħatathilhom tifkira tal-okkażjoni u kellhom refreshments fis-sagristija. Kienet preżenti wkoll delegazzjoni minn Castel Venere, fl-Italja, wieħed mill-irħula li magħhom ix-Xewkija hi ġemellata.

dsc_4705-1024.jpeg

 
< Prev   Next >