Wednesday, 23 August 2017
           
Home
JUM IL-FESTA TAL-PATRUN TAGHNA SAN GWANN PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju ġew fil-milja tagħhom il-festi ad unur ta’ San Ġwann Battista 2017. Fid-9.00am saret il-Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Ipprietka P. Marcello Ghirlando OFM. Filgħaxija fis-6.15pm saret Konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri bis-sehem tax-Xewkin li joqogħdu barra mir-raħal. Ipprietka Dun Roberto Gauci. Imbagħad fit-8.00pm ħarġet il-Purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġwann. Meta l-istatwa waslet quddiem id-Dar Parrokkjali fi Triq Indipendenza, ġiet akkumpanjata bit-talb u l-kant sal-pjazza mill-folla preħenti. Wara d-dħul tal-Purċissjoni fil-knisja ingħatat il-Barka Sagramentali.

dsc_5366-1024.jpeg
 dsc_6197-1024.jpeg
 dsc_6415-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >