ADOZZJONI SPIRITWALI TA’ TARBIJA FIL- GUF |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Friday, 28 July 2017 |
Nhar il-Ħamis 27
ta’ Lulju 2017 fil-parroċċa tagħna kienu preżenti l-membri tal-Komunità Anawim
flimkien ma’ Fr. Richard N. Farrugia li animaw il-Quddiesa tal-5.30pm b’talb
speċjali favur il-ħajja. Imbagħad mexxew l-Adorazzjoni Ewkaristika ndirizzata
lejn Ġesù fil-ġuf ta’ Marija. Ħadu sehem l-adoloxxenti tal-parroċċa u xi
ommijiet li qed jistennew tarbija. F’din l-okkażjoni reġgħet ġiet proposta
fil-parroċċa tagħna l-adozzjoni spiritwali ta’ tarbija fil-ġuf. Diversi persuni
daħlu għall-impenn li jakkumpanjaw bit-talb tagħhom għal disa’ xhur tarbija li
għadha fil-ġuf ta’ ommha u li tista’ tkun mhedda minn xi mard, problemi
fit-tqala jew abort.
|
Last Updated ( Friday, 28 July 2017 )
|