Saturday, 16 December 2017
           
Home
FESTA TA’ SAN BERT PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 26 August 2017

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Awwissu 2017 fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Bert (San Bartilmew, appostlu). Fis-6.00pm saret Quddiesa bil-prietka li tmexxiet mis-saċerdot il-ġdid Dun Michael Grima, li l-familja materna tiegħu hija minn dawn l-inħawi. Ta’ min ifakkar li d-devozzjoni lejn dan il-Qaddis fir-raħal tagħna hija antika ħafna, u diġà fl-1397 kien hemm Kappella ddedikata lilu f’dan il-post. Ix-xbieha tal-Qaddis illum tidher impittra fil-Kwadru titulari tal-Madonna tal-Ħniena fl-istess Kappella, li huwa xogħol tal-pittur Gian Nikola Buhagiar u kien sar fl-1735.

20170824_181037-1024.jpeg

 

 
< Prev   Next >