Sunday, 19 November 2017
           
Home
PURCISSJONI TAL-MADONNA TAR-RUZARJU PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 06 October 2017

Fl-okkażjoni tal-bidu tax-xahar ta’ Ottubru, li huwa x-xahar tar-Rużarju, nhar il-Ħadd 1 ta’ Ottubru 2017 fl-4.00pm fil-knisja Rotunda saret Konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri u pprietka d-djaknu Joseph Hili. Il-Kor tal-parroċċa anima l-kant. Imbagħad saret il-Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Ħadu sehem il-Fratelli kif ukoll għadd sabiħ ta’ nies. Matul it-triq intalbet it-talba tar-Rużarju. Fi tmiem il-Purċissjoni ngħatat il-Barka Sagramentali.

received_10213676522850134-1024.jpg
 
< Prev   Next >