PURCISSJONI TAL-MADONNA TAR-RUZARJU |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Friday, 06 October 2017 |
Fl-okkażjoni
tal-bidu tax-xahar ta’ Ottubru, li huwa x-xahar tar-Rużarju, nhar il-Ħadd 1 ta’
Ottubru 2017 fl-4.00pm fil-knisja Rotunda saret Konċelebrazzjoni solenni li
tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri u pprietka d-djaknu Joseph Hili.
Il-Kor tal-parroċċa anima l-kant. Imbagħad saret il-Purċissjoni bl-istatwa
tal-Madonna tar-Rużarju. Ħadu sehem il-Fratelli kif ukoll għadd sabiħ ta’ nies.
Matul it-triq intalbet it-talba tar-Rużarju. Fi tmiem il-Purċissjoni ngħatat
il-Barka Sagramentali.
|