Sunday, 19 November 2017
           
Home arrow News arrow Latest arrow ASSEMBLEA PARROKKJALI 2017
ASSEMBLEA PARROKKJALI 2017 PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Sunday, 15 October 2017

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Ottubru 2017 il-parroċċa tagħna organizzat Assemblea Parrokkjali f’Dar Manresa, ir-Rabat, li għaliha attendew numru sabiħ ta’ persuni. L-Assemblea bdiet fit-3.00pm bit-talb tas-Salmi. Il-programm kien varjat b’mumenti ta’ talb u riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla kif ukoll b’waqtiet ta’ rikreazzjoni. Fid-dawl tar-riflessjoni u s-suġġerimenti li kienu ħarġu mill-Assemblea tas-sena li għaddiet, ġie ppreżentat ukoll Pjan Pastorali Parrokkjali għas-snin li ġejjin. L-Assemblea ntemmet fis-7.00pm bi ftit waqtiet ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u bit-talba tal-Għasar.

20171008_184526-1024.jpg
 
< Prev   Next >