ASSEMBLEA PARROKKJALI 2017 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Sunday, 15 October 2017 |
Nhar il-Ħadd 8 ta’
Ottubru 2017 il-parroċċa tagħna organizzat Assemblea Parrokkjali f’Dar Manresa,
ir-Rabat, li għaliha attendew numru sabiħ ta’ persuni. L-Assemblea bdiet
fit-3.00pm bit-talb tas-Salmi. Il-programm kien varjat b’mumenti ta’ talb u
riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla kif ukoll b’waqtiet ta’ rikreazzjoni.
Fid-dawl tar-riflessjoni u s-suġġerimenti li kienu ħarġu mill-Assemblea tas-sena
li għaddiet, ġie ppreżentat ukoll Pjan Pastorali Parrokkjali għas-snin li
ġejjin. L-Assemblea ntemmet fis-7.00pm bi ftit waqtiet ta’ adorazzjoni quddiem
Ġesù Ewkaristija u bit-talba tal-Għasar.
|