Sunday, 19 November 2017
           
Home
L-EWWEL GIMGHA TAL-VISTA PASTORALI PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 26 October 2017

Wara li nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2017 fetħet il-Vista Pastorali fil-parroċċa tagħna, l-Isqof Mario Grech beda jiltaqa’ mad-diversi realtajiet tal-parroċċa. 

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru huwa talab it-talba tar-Rużarju ma’ grupp ta’ familji li kull nhar ta’ Erbgħa matul ix-xahar ta’ Ottubru jinġabru biex jgħidu din it-talba flimkien fil-playing field, fil-Plots tal-Barmil. Dan ir-Rużarju jiġi organizzat mill-membri tal-Legion of Mary. Nhar il-Ħamis 19 ta’ Ottubru filgħodu l-Isqof żar l-Iskola Primarja tar-raħal fejn kellu laqgħa sabiħa mat-tfal u l-għalliema. Għal din l-okkażjoni t-tfal ħejjew programm qasir li kien jikkonsisti f’messaġġi u kant mid-diversi klassijiet. Huma ppreżentawlu wkoll kartolina li fiha wegħduh it-talb tagħhom. F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Isqof irringrazzja u faħħar lill-għalliema u l-istaff kollu għad-dedikazzjoni tagħhom b’risq it-tfal tar-raħal tagħna. Huwa nkuraġġihom fil-missjoni tagħhom biex, minkejja d-diffikultajiet, jibqgħu jaħdmu għall-ġid veru tat-tfal. Il-Ħamis 19 ta’ Ottubru filgħaxija l-Isqof żar il-Klabb tax-Xewkija Tigers fejn kellu laqgħa kordjali ħafna ma’ rappreżentanti tal-Kumitat u mbagħad żar il-ground tat-training fejn iltaqa’ mat-team tax-Xewkija Tigers. L-Isqof apprezza l-ħidma tal-Kumitat, speċjalment l-ispirtu ta’ volontarjat u l-attivitajiet li jwettqu għat-tfal u ż-żgħażagħ biex jgħinuhom isawwru karattru tajjeb. Il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru l-Isqof ingħaqad ma’ grupp ta’ persuni li fix-xahar ta’ Ottubru jinġabru biex jitolbu r-Rużarju kull nhar ta’ Ġimgħa fil-ġnien tal-Iskola. Huwa rringrazzja lill-membri tal-Legion of Mary li jorganizzaw mumenti ta’ talb bħal dawn u sejjaħ il-ħarsien tal-Madonna fuq il-familji kollha tal-parroċċa.Il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru 2017 l-Isqof Mario Grech iltaqa’ mal-gruppi tal-adoloxxenti tal-parroċċa tagħna fiċ-Ċentru Parrokkjali. Huwa nkuraġġixxa lill-adoloxxenti fl-esperjenza tal-fidi tagħhom u fit-tfittxija tal-verità, u rringrazzja lill-animaturi tagħhom għad-dedikazzjoni u l-impenn li juru fil-preparazzjoni ta’ dawn il-laqgħat.

dsc_9081-1024_01.jpg
 dsc_9169-1024_02.jpg
 dsc_9212-1024_03.jpg
 dsc_9437-1024_04.jpg
 dsc_9463-1024_05.jpg
 dsc_9517-1024_06.jpg

 

 

 

Last Updated ( Thursday, 26 October 2017 )
 
< Prev   Next >