Sunday, 19 November 2017
           
Home
TKOMPLI L-VISTA PASTORALI FIL-PARROCCA TAG&HA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 09 November 2017

Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru l-Isqof Mario Grech iltaqa’ mal-membri tal-Azzjoni Kattolika tal-parroċċa tagħna. Il-laqgħa saret fid-Dar tal-Azzjoni Kattolika fil-5.00pm. Fil-bidu tal-laqgħa Kerry Sacco għamlet indirizz lill-isqof f’isem dawk preżenti, fejn irringrazzjatu taż-żjara tiegħu u tagħtu ħjiel dwar l-istorja u l-attività tal-Azzjoni Kattolika fix-Xewkija. Imbagħad l-Isqof indirizza lil dawk preżenti u ddiskuta magħhom xi temi ta’ attwalità. Kienu preżenti wkoll l-Assistenti Ekkleżjastiċi tad-diversi fergħat tal-Azzjoni Kattolika fix-Xewkija.

 

Il-Ħamis 2 ta’ Novembru 2017, il-jum li fih il-Knisja tfakkar il-fidili mejtin kollha, l-Isqof mexxa Konċelebrazzjoni fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa tax-Xewkija bħala parti mill-Vista Pastorali. F’din il-Quddiesa ġew imfakkra b’mod partikulari l-membri tal-komunità li mietu matul l-aħħar sena. Fi tmiem il-Quddiesa l-Isqof bierek l-oqbra u ltaqa’ ma’ x’uħud mill-familjari li kienu preżenti ħdejn il-qabar tal-għeżież tagħhom.

 

Il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017 l-Isqof kompla l-Vista Pastorali tiegħu fix-Xewkija billi żar xi familji, akkumpanjat mill-arċipriet, u mbagħad ħa sehem fl-adorazzjoni tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar li saret fil-knisja Rotunda mit-8.00pm sad-9.00pm.

 

Is-Sibt 4 ta’ Novembru 2017 filgħodu l-Isqof Mario Grech iltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa. Il-laqgħa bdiet b’mumenti ta’ talb flimkien u mbagħad l-Isqof iddiskuta magħhom xi temi pastorali attwali. Fi tmiem il-laqgħa s-saċerdoti kienu mistiedna għall-ikel ta’ nofsinhar flimkien mal-Isqof għand l-Eldorado Restaurant, ir-Rabat. Aktar tard wara nofsinhar l-Isqof iltaqa’ mal-animaturi tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ u magħhom iddiskuta dwar ir-realtà taż-zghazagh.

dsc_9681-1024.jpg
 dsc_9795-1024.jpg
 dsc_9888-1024.jpg
 laqgha_gharajess_01.jpg

 

 
< Prev   Next >