Tuesday, 17 July 2018
           
Home arrow Home
FESTA TAL-PREZENTAZZJONI TAL-MULEJ PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Sunday, 04 February 2018

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Frar 2018 kienet taħbat il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fil-5.15pm fil-knisja Rotunda saret Quddiesa solenni li għaliha kienu mistiedna b’mod speċjali t-tfal tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Il-funzjoni bdiet bit-tberik tax-xemgħa ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja u mbagħad saret purċissjoni lejn l-artal bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin, biex tfakkar il-mixja tal-Madonna u San Ġużepp lejn it-Tempju bit-tarbija Ġesù. Wara l-omelija saret il-preżentazzjoni tat-tfal li din is-sena ser jirċievu s-sagrament tal-ewwel Tqarbina.

dsc_3872-2000.jpg

Last Updated ( Sunday, 04 February 2018 )
 
< Prev   Next >