Friday, 27 April 2018
           
Home arrow Home
RAS IR-RANDAN 2018 PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 16 February 2018

Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Frar tajna bidu għar-Randan imqaddes. Fil-Quddies kollu sar ir-rit tat-tqegħid tal-irmied bħala sinjal ta’ ndiema fil-bidu ta’ din il-mixja penitenzjali li twassalna għall-Għid il-Kbir. Fil-5.15pm saret Quddiesa bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Din ser tibqa’ ssir kull nhar ta’ Erbgħa matul ir-Randan kollu u fiha ssir katekeżi għat-tfal. Din is-sena r-riflessjonijiet qed jitmexxew mid-djaknu Joseph Hili u qed ikunu dwar is-simboli jew oġġetti li ntużaw fil-passjoni ta’ Ġesù.

 dsc_5073-2000.jpg

 

 
< Prev   Next >