Written by Frans Galea
|
Thursday, 22 March 2018 |
Bejn il-5 u d-9 ta’ Marzu 2018
fil-knisja Rotunda saru l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd minn Fr. Hayden
Williams OFM Cap. Dawn kienu fis-7.00pm u għalihom kien hem attendenza sabiħa
ħafna. Il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu, wara l-aħħar prietka tal-Eżerċizzi, Fr. Hayden
mexxa waqtiet ta’ adorazzjoni b’talb għall-fejqan. Il-ġimgħa ta’ wara, bejn
it-12 u s-16 ta’ Marzu, saru Eżerċizzi oħra għal kulħadd fis-1.00pm, li tmexxew
mid-djaknu Joseph Hili. L-istess djaknu mexxa wkoll l-Eżerċizzi taż-żgħażagħ
fil-parroċċa tagħna bejn id-19 u t-22 ta’ Marzu.
|
Last Updated ( Thursday, 05 April 2018 )
|