Tuesday, 16 October 2018
           
Home
CELEBRAZZJONI TAL-EWWEL TQARBINA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Tuesday, 05 June 2018

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2018 kienet taħbat is-solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. F’din l-okkażjoni fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-Ewwel Tqarbina. Sebgħa u għoxrin tifel u tifla mill-parroċċa tagħna rċivew lil Ġesù għall-ewwel darba fit-tqarbin waqt Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri, li bdiet fil-5.00pm. Fi tmiem il-Quddiesa ħarġet il-Purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija li fiha ħadu sehem ukoll il-Fratelli. Mad-dħul fil-knisja ngħatat il-Barka Sagramentali u mbagħad it-tfal tal-Ewwel Tqarbina rċivew tifkira tal-okkażjoni.

dsc_7566-2000.jpg

 
< Prev   Next >