Saturday, 21 July 2018
           
Home arrow News arrow Latest arrow HRUG TAL-ISTATWA TA’ SAN GWANN BATTISTA MIN-NICCA
HRUG TAL-ISTATWA TA’ SAN GWANN BATTISTA MIN-NICCA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 16 June 2018

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2018 kien l-aħħar Ħamis ta’ San Ġwann u l-ewwel jum tan-Novena bi tħejjija għall-Festa. Filgħaxija fit-8.30pm saret Velja ta’ talb immexxija miż-żgħażagħ li fiha sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Fil-bidu tal-Velja erbgħa u għoxrin żagħżugħ u żagħżugħa imxew bid-dawl jixgħel f’idejhom, simbolu ta’ dak id-Dawl veru li Ġwanni ġie biex jixhed għalih. Wara l-qari mill-Iskrittura Mqaddsa xi żgħażagħ oħra għamlu talb ta’ tifħir lil Alla u talbu l-interċessjoni tal-Battista fuq il-parroċċa tagħna. Imbagħad l-istatwa artistika tal-Battista inħarġet min-niċċa tagħha fost il-kant u l-entużjażmu ta’ dawk kollha preżenti. Għal din l-okkażjoni ġiet iffurmata wkoll orkestra żgħira b’mużiċisti Xewkin biex takkumpanja l-kant, taħt id-direzzjoni ta’ Ivan Farrugia. Fl-aħħar tal-Velja, li ntemmet bil-Barka Sagramentali, ġew ippreżentati xi bukketti tal-fjuri lil San Ġwann Battista mill-Kumitati u l-Għaqdiet tal-Festa u ż-żgħażagħ ippreżentaw lill-Arċipriet il-gear il-ġdid tal-Festa flimkien ma’ CD bl-innijiet li ser jiżżanżnu din is-sena.

dsc_7585-2000.jpg
 dsc_7901-2000.jpg

 

Last Updated ( Saturday, 16 June 2018 )
 
< Prev   Next >