FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Friday, 31 August 2018 |
Nhar l-Erbgħa 29
ta’ Awwissu 2018 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-Martirju ta’
San Ġwann Battista. Filgħodu fid-9.00am saret Quddiesa għat-tfal li tmexxiet
mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Imbagħad filgħaxija fis-7.00pm sar
il-Pontifikal solenni mmexxi mill-E.T. l-Isqof Mario Grech. Wara l-omelija, Yavor
Kolev, żagħżugħ mill-Bulgarija li ilu xi żmien joqgħod fil-parroċċa tagħna, u
li kien mgħammed fil-Knisja Ortodossa, talab li jiġi ammess fil-Knisja
Kattolika. Wara li għamel l-istqarrija tal-fidi tiegħu, huwa ġie milqugħ
mill-Isqof bħala membru sħiħ fil-Knisja Kattolika fi ħdan il-parroċċa tagħna.
Wara l-Pontifikal, fil-pjazza ġiet organizzata s-serata “Fiori d’Argenta”
mill-Kunsill Lokali.
|