Tuesday, 16 October 2018
           
Home arrow Home
FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 31 August 2018

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Awwissu 2018 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-Martirju ta’ San Ġwann Battista. Filgħodu fid-9.00am saret Quddiesa għat-tfal li tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Imbagħad filgħaxija fis-7.00pm sar il-Pontifikal solenni mmexxi mill-E.T. l-Isqof Mario Grech. Wara l-omelija, Yavor Kolev, żagħżugħ mill-Bulgarija li ilu xi żmien joqgħod fil-parroċċa tagħna, u li kien mgħammed fil-Knisja Ortodossa, talab li jiġi ammess fil-Knisja Kattolika. Wara li għamel l-istqarrija tal-fidi tiegħu, huwa ġie milqugħ mill-Isqof bħala membru sħiħ fil-Knisja Kattolika fi ħdan il-parroċċa tagħna. Wara l-Pontifikal, fil-pjazza ġiet organizzata s-serata “Fiori d’Argenta” mill-Kunsill Lokali.

img_0121-2000.jpg

 
< Prev   Next >