Written by Frans Galea
|
Sunday, 21 October 2018 |
Nhar il-Ħadd 14 ta’
Ottubru 2018 saret l-Assemblea Parrokkjali f’Dar Manresa, ir-Rabat. L-Assemblea
bdiet fit-3.00pm bit-Talb ta’ Nofs il-Jum u wara, l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri mexxa katkeżi
dwar l-importanza tal-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tal-Knijsa u tal-parroċċa.
Fl-4.30pm saret waqfa għall-kafè u fil-5.15pm komplejna bit-tieni parti
tal-Assemblea, fejn ġiet imfissra l-inizjattiva tal-gruppi tal-Lectio Divina li
ser nibdew fil-parroċċa tagħna fl-Avvent li ġej. Dawk preżenti setgħu jagħmlu
wkoll l-interventi tagħhom. L-Assemblea spiċċat bi ftit mumenti ta’ adorazzjoni
quddiem Ġesù Ewkaristija u l-Barka sagramentali fis-7.00pm.
|