Friday, 14 December 2018
           
Home arrow Home
ASSEMBLEA PARROKKJALI PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Sunday, 21 October 2018

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2018 saret l-Assemblea Parrokkjali f’Dar Manresa, ir-Rabat. L-Assemblea bdiet fit-3.00pm bit-Talb ta’ Nofs il-Jum u wara,  l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri mexxa katkeżi dwar l-importanza tal-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tal-Knijsa u tal-parroċċa. Fl-4.30pm saret waqfa għall-kafè u fil-5.15pm komplejna bit-tieni parti tal-Assemblea, fejn ġiet imfissra l-inizjattiva tal-gruppi tal-Lectio Divina li ser nibdew fil-parroċċa tagħna fl-Avvent li ġej. Dawk preżenti setgħu jagħmlu wkoll l-interventi tagħhom. L-Assemblea spiċċat bi ftit mumenti ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u l-Barka sagramentali fis-7.00pm.

img_3879-2000.jpg

 

 
< Prev   Next >