Friday, 14 December 2018
           
Home
QUDDIESA FIC-CIMITERJU PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 09 November 2018

Fl-okkażjoni tal-bidu tax-xahar tal-erwieħ, nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru 2018 saret Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa. Din kellha ssir il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru, iżda ġiet posposta minħabba l-maltemp. Il-Quddiesa tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri flimkien ma’ Dun John Meilak u Dun Franklin Vella. Fi tmiem il-Quddiesa sar it-tberik tal-oqbra. Kien hemm preżenti għadd sabiħ ta’ persuni fosthom għadd ta’ familjari li tilfu lil xi ħadd għażiż matul din is-sena. Sadanittant fit-2 ta’ Novembru saret Konċelebrazzjoni fil-knisja Rotunda li fiha ġew imfakkra l-membri kollha tal-komunità li mietu matul din is-sena.

dsc_5234-2000.jpg

 

Last Updated ( Friday, 09 November 2018 )
 
< Prev   Next >