Friday, 14 December 2018
           
Home
AWARD MOGHTI LIZ-ZGHAZAGH TAGHNA PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 23 November 2018

Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru 2018 filgħaxija tħabbru r-rebbieħa tal-Maltese Catholic Film Contest 2018, li kient miftuħ għall-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Nifirħu liż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna li ġew fit-tielet post bil-film tagħhom “Il-Maħfra”. Ta’ min ifakkar li fil-parroċċa tagħna għandna żewġ gruppi tal-adolexxenti u grupp ieħor taż-żgħażagħ minn 16-il sena ’l fuq li jiltaqgħu regolarment fiċ-Ċentru Parrokkjali darba fil-ġimgħa. Fost id-diversi attivitajiet li kellhom f’dawn l-aħħar xhur, huma tellgħu dan il-film b’messaġġ nisrani dwar il-maħfra. Nifirħulhom u nawgurawlhom!

award_film_il-mahfra-2000.jpg
 il-mahfra_3rd_place.jpg

 

Last Updated ( Friday, 23 November 2018 )
 
< Prev   Next >