GHELUQ TAL-KWARANTURI 2018 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Friday, 23 November 2018 |
Nhar il-Ħadd 18 ta’
Novembru 2018 ġew fil-qofol tagħhom it-tlett ijiem tal-Kwaranturi Mqaddsa
fil-parroċċa tagħna. Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd l-adorazzjoni
baqgħet għaddejja l-ħin kollu u diversi persuni ġew jaduraw lil Ġesù fis-skiet
tal-lejl. Imbagħad il-Ħadd fl-4.00pm saret il-Konċelebrazzjoni solenni li
tmexxiet minn Dun Richard N. Farrugia. Wara ħarġet il-Purċissjoni b’Ġesù
Ewkaristija, akkumpanjata mill-Fratelli. Fi tmiem il-Purċissjoni ngħatat
il-Barka Sagramentali.
|