Written by Frans Galea
|
Saturday, 24 November 2018 |
Nhar il-Ħamis 22
ta’ Novembru 2018 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-martri Santa
Teodora. Fil-5.15pm saret Konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċipriet Mons.
Daniel Xerri. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem l-adolexxenti li s-sena
d-dieħla ser jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Wara l-omelija, huma
ġew imsejħa b’isimhom u resqu madwar l-artal fejn stqarrew l-impenn tagħhom li
jkomplu l-mixja tagħhom ta’ formazzjoni bi tħejjija għal dan is-sagrament. L-Arċipriet
stedinhom biex, fuq l-eżempju tal-Qaddisin martri li taw ħajjithom għal Kristu,
huma wkoll jitolbu lill-Ispirtu s-Santu jagħtihom il-qawwa biex jagħtu xhieda
għal Ġesù bil-ħajja tagħhom. Huwa stieden ukoll lill-komunità parrokkjali biex
takkumpanjahom bit-talb tagħha.
|