Monday, 22 April 2019
           
Home arrow News arrow Latest arrow FESTA TAL-MAGHMUDIJA TAL-MULEJ
FESTA TAL-MAGHMUDIJA TAL-MULEJ PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Saturday, 19 January 2019

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2019 il-Knisja Kattolika ċċelebrat il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fil-parroċċa tagħna din ġiet iċċelebrata b’aktar solennità minħabba r-rabta li għandha ma’ Ġwanni l-Battista, li għammed lil Ġesù. Fid-9.30am saret Konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Isqof Mario Grech li fiha huwa amministra s-sagrament tal-magħmudija liċ-ċkejkna Giulia, bint Matthew u Ġuża Xuereb. Fi tmiem il-Quddiesa Mons. Isqof semma’ żewġ inizjattivi ġodda li ħadet dan l-aħħar il-parroċċa tagħna: il-laqgħat tal-Lectio Divina u l-Kor tat-tfal Ulied il-Battista. Huwa esprima l-apprezzament tiegħu għal dawn l-inizjattivi u feraħ lill-komunità parrokkjali li permezz ta’ dawn l-inizjattivi qed tagħti aktar importanza lill-Kelma t’Alla u liċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija.

20190113_103505-2000.jpg

 

 
< Prev   Next >