Tuesday, 23 April 2019
           
Home arrow Home
IT-TIENI ERBGHA TAR-RANDAN PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Tuesday, 19 March 2019

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019 it-tfal reġgħu ħadu sehem fil-Quddiesa tal-5.15pm bħala parti mill-mixja tar-Randan. Fid-dawl tas-Sena Marjana, is-suġġett ta’ din it-tieni Erbgħa kien “Marija fit-tieġ ta’ Kana”. Wara l-Vanġelu tal-ġurnata, it-tfal animaw ir-rakkont tal-ewwel miraklu ta’ Ġesù li fih kienet preżenti Marija, fejn daħlet għall-għarajjes li kien naqashom l-inbid. Għalkemm ma fehmitx il-kliem ta’ Ġesù, u batiet f’qalbha, Marija emmnet li Binha kien ser jismagħha. Fi tmiem il-Quddiesa ngħatat it-tieni sticker lit-tfal biex iwaħħluha fil-ktejjeb li ngħatalhom biex jakkumpanjahom f’din il-mixja tar-Randan.

2ran.jpg

 

 
< Prev   Next >